Skip to content

Nervi

May 26, 2008

Kulltant jasal il-waqt li tieqaf u tahseb. Tinduna li qed tahrablek xi kelma hazina zejda kwazi ghalxejn. Kieku qed tilghab il-futbol kieku l-kummentatur erhilu jiddeskrivih bhala “fallo gratuito”. Tferra’ tazza luminata u twaqqa xi giex qatriet barra u dritt izzerzaq wahda xierqa ta’ l-eqqel sapporter go Ta’ Qali. Ghaliex jahasra? Tigrilek darba, darbtejn. U tibqa’ tigri. Ghal bidu ma tindunax. Li tghix barra ma tghinx ghax hadd ma jista’ jinduna. L-iktar l-iktar ikollok tfajla Franciza li mal-hames darba tirrepeti warajk “illollollolla” u zzid “don’t swear” biex turik li fehmitek.

Biex tghaxxaq m’ghandix ghalfejn inkun irrabjat. Fuq skala minn wiehed sa ghaxra ninstab tassew kuntent (voto in pagella sette e mezzo). Nahseb dawn nervi. Nervi kimici – tal-bdil tat-temp. Meta’ tibda tkun gurnata shana u sajfija u int maghluq go l-ufficcju go Kirchberg bejn skrin ipnotizzanti u veduta konrit mill-ikreh li c-Caqnu biss jaf japprezza. Rivoluzzjoni anatomika interna li taffetwa il-menti. Hemm xi kimika – ormoni forsi? – li qed tghajjat issa daqshekk. Qed tghajjat “Hudni il-boghod fuq plajja helwa fejn tista tintefa midud fuq xugaman tisma l-bahar tiela’ u niezel mar-ramel. Hudni l-boghod minn pajjiz fejn kollox jibda bil-moien u jispicca bir-ritmu tedesko di germania.”

Difficli tahrab mid-DNA. U jekk izommu maqful go fik sakemm jisplodi l-iktar l-iktar taf izzarrat wahda kif Alla ma jridx. U twahhal fin-nervi.

One Comment leave one →
  1. June 11, 2008 4:44 pm

    Kemm nissimpatizza j’accuse!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: